Tagħrif għat-turisti

Tagħrif għat-turisti

Sib lukanda
Sib lukanda
Postijiet ta' Interess
Postijiet ta' Interess
Minn fejn tixtri l-biljetti
Minn fejn tixtri l-biljetti

Malta hi pajjiż mimlija bi knejjes barokki, djar, uħud mill-eqdem strutturi tad-dinja, u ħafna postijiet storiċi li tista’ żżur. F’Malta tista’ tara l-postijiet fejn inħadmu films bħall-Gladiator, il-film ta’ Brad Pitt World War Z u ta’ Spielberg Munich,  tgawdi l-bajjiet u aktar tard mal-ġurnata, tesperjenza l-ħajja ta’ billejl.

Tabilħaqq, tista’ tara u tagħmel kollox… u tista’ tagħmlu bla nkwiet ta’ xejn li toqgħod issuq (u li trid toqgħod issib fejn tipparkja…) f’waħda mill-aktar gżejjer mimlija bil-karozzi fl-Ewropa. Kif? L-Arriva, l-operatur tat-trasport pubbliku Malti, introduċiet flotta ta’ 300 xarabank moderna bl-arja kkundizzjonata, bl-aħħar standards għall-kumdità tal-passiġġieri u tas-sigurtà.

Il-karozzi tal-Arriva jaslu kważi f’kull rokna ta’ Malta u Għawdex u bihom tista’ tgawdi l-btala tiegħek bi ftit flus: bi €12.00 tista’ ddur kull fejn trid għal 7 ijiem. L-Arriva toffri wkoll rotot pronti lejn l-ajrport, servizz lejn l-attrazzjonijiet turistiċi kollha tal-gżira, u servizz apparti ta’ billejl.

  • Submit your message