Il-Privatezza tiegħek

Arriva Malta ma tiġborx informazzjoni personali ħlief fejn tingħata b'mod speċifiku u bil-kunsens tal-individwu. Aħna nżommu l-informazzjoni personali tiegħek b'mod sigur u ma ngħaddu l-informazzjoni personali tiegħek lil ħadd mingħajr il-kunsens speċifiku tiegħek li nistgħu nikkomunikaw l-informazzjoni tiegħek. Aħna naħżnu biss l-informazzjoni personali tiegħek għat-tul ta' żmien meħtieġ għall-għanijiet li għalihom kienet miġbura.

Aħna nistgħu naqsmu dejta ta' statistika aggregata (gruppi) mhux personali dwar ix-xejriet tat-traffiku tal-viżitaturi tas-sit tagħna ma' msieħba jew partijiet oħra. Iżda, ma nbigħux jew naqsmu informazzjoni dwar utenti individwali.

Il-privatezza u l-informazzjoni personali

L-informazzjoni personali hija definita bħala kwalunkwe informazzjoni li hija konnessa ma' individwu identifikat jew li jista' jkun identifikat. Fi ftit kliem, jekk xi informazzjoni jista' jkollha xi konnessjoni miegħek issir informazzjoni personali u għalhekk aħna noqogħdu attenti ħafna meta niġbru u nipproċessaw tali informazzjoni biex nipproteġu l-privatezza tal-utenti tagħna.


Ġbir ta' informazzjoni personali tiegħek

Meta tirreġistra, u f'kull żjara sussegwenti għar-reġistrazzjoni, aħna niġbru l-informazzjoni tiegħek billi nistaqsuk direttament meta tixtieq tuża ċerti servizzi pereżempju l-posta elettronika. Waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni aħna neħtieġu li inti timla ċerti oqsma, nitolbu li inti timla oqsma oħra u nistaqsuk tagħżel isem l-utent u password biex ikollna biżżejjed informazzjoni meħtieġa biex nagħtuk is-servizzi tagħna.

Cookies

Fuq il-websajt ta' Arriva Malta ma nużawx cookies.

Id-drittijiet tiegħek u l-aċċess u l-kontroll tal-informazzjoni personali tiegħek

Id-dejta personali tiegħek hija protetta mill-Att tal-Protezzjoni tad-Dejta f'Malta, il-Kunsill tal-Konvenzjoni tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tad-dejta (1981) kif ukoll id-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-UE (UE/46/95). Dan jipprovdi fost affarijiet oħra li d-dejta li nżommu dwarek għandha tkun ipproċessata skont il-liġi u b'mod ġust. Għandha tkun preċiża, relevanti u mhux eċċessiva. L-informazzjoni għandha tinżamm aġġornata u għal mhux aktar milli meħtieġa.

Biex tkun ċert li tista' tikkontrolla l-informazzjoni personali tiegħek Arriva Malta tippermettilek:

  • tara l-informazzjoni personali li nżommu dwarek;
  • titlob li informazzjoni personali li mhijiex preċiża, relevanti jew mhux aġġornata tinbidel jew titħassar;
  • tagħżel li tieqaf tuża s-servizzi tagħna u titħassar l-informazzjoni personali tiegħek, jekk tali tħassir ikun permess bil-liġi u/jew ma jippreġudikax il-pożizzjoni ta' Arriva Malta skont il-liġi. 

Is-sigurtà

Arriva Malta tittratta d-dejta kollha miżmuma bl-akbar kura u sigurtà. Kull dettall li tagħti jibqa' kompletament kunfidenzjali. Iżda, Arriva Malta ma tinżammx responsabbli għal xi telf ta' dejta li jiġri bi żball u b'finijiet ħżiena ta' xi parti terza.


Rekwiżiti legali

Arriva Malta tista' skont il-liġi tkun mitluba:

  • Tiżvela ċerta informazzjoni personali għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi jew tas-sigurtà nazzjonali;
  • Taħżen informazzjoni personali għal perjodi ta' żmien differenti (pereżempju b'konnessjoni mal-liġijiet tat-taxxa).

 

  • Submit your message