REGOLI U REGOLAMENTI
Siti tal-Park & Ride
Persuni li jsuqu vetturi fit-tliet siti tagħna tal-Park & Ride tal-Furjana, l-Marsa u Pembroke huma dejjem suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti ta’ Malta li jirrigwardjaw il-vetturi bil-mutur. Ir-regoli u r-regolamenti tal-parkeġġ ta’ Arriva jistgħu jinbidlu f’każ ta’ avvenimenti speċjali u emerġenza. Fis-siti tagħna kollha jkun hemm tabelli bit-tariffi tal-parkeġġ.
PARKEĠĠ
Il-parkeġġ huwa disponsibbli 24 siegħa kuljum fuq bażi ta’ min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel. Jekk jogħġbok kun af li s-servizzi tal-karozzi tal-linja mis-siti tal-Park & Ride ġeneralment se jkunu disponibbli mill-05.00 sal-23.00, iżda jekk jogħġbok irreferi għall-iskedi speċifiċi. In-numru ta’ spazji disponibbli għall-parkeġġ ikun indikat b’mod ċar fid-daħla tas-siti tal-Park & Ride. Is-siti kollha huma indikati b’mod ċar b’tabelli f’kull entratura. Is-siti tal-parkeġġ huma mgħassa minn uffiċjali tal-infurzar ta’ Arriva.
Uħud mill-ispazji huma riżervati għall-impjegati li juru l-permessi li jintitolahom jipparkjaw il-karozza tagħhom. Vetturi pparkjati quddiem vetturi oħrajn, li jibblukkaw il-passaġġi, ipparkjati fuq linja safra doppja, ma jkunux ipparkjati fl-ispazji indikati, ipparkjati mingħajr permess fi spazji riżervati għall-impjegati jew ipparkjati b’mod illegali fi spazji riżervati għal persuni b’diżabilità jistgħu jiġu rmonkati minnufih. Vetturi abbandunati jiġu rmonkati u rrappurtati lill-Pulizija.
Skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 65.13 ‘Ikklampjar u t-Tneħħija ta’ Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ingombru’, it-tariffa għall-irmonk u l-ħażna tal-vetturi matul l-ewwel 24 siegħa hija ta’ €105. It-tariffa għall-magażżinaġġ wara l-ewwel 24 siegħa, għal kull ġurnata jew parti minnha hija ta’ €7.
Mhux permess li l-vetturi jistennew mal-barrikata meta ż-żona tal-parkeġġ tkun mimlija. F’każ li vettura titħalla tidħol iżda ma jkunx hemm spazju għall-parkeġġ disponibbli, il-klijenti huma mitluba joħorġu miż-żona tal-parkeġġ u jsibu parkeġġ x'imkien ieħor. Vettura waħda biss titħalla tgħaddi mill-barrikata fl-istess waqt.
F'kull sit hemm numru ta' spazji ta' parkeġġ riżervat għal persuni li għandhom beġġ blu maħruġa lilhom mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità jew beġġ oħra maħruġa minn awtorità kompetenti li tindika li persuna għandha diżabilità u li tintitolha biex tipparkja fi spazju riżervat għal persuni b'diżabilità. Il-klijenti kollha li jużaw spazji riżervati għal persuni b’diżabilità huma mitluba jħallu l-beġġ tagħhom tidher b’mod ċar fuq id-daxbord tal-karozza.
Jekk jogħġbok kun af li: Magni li jbigħu l-biljetti jagħtu l-bqija, iżda l-impjegati ta’ Arriva ma jistgħux jagħtu bqija għall-magni li jbigħu l-biljetti.
PARKEĠĠ MATUL IL-LEJL
Parkeġġ matul il-lejl huwa disponibbli fis-siti tagħna kollha, matul is-sena kollha, f’żoni speċifiċi u huwa definit bħala bejn is-19.00 u 07.00. Persuni li se jħallu l-karozza tagħhom ipparkjata matul il-lejl jew li beħsiebhom joħorġu mis-sit wara s-19.00 jistgħu jipparkjaw biss fiż-żoni mmarkati parkeġġ 24 siegħa.
ŻONI TA’ PARKEĠĠ RISTRETT
Ma tistax tipparkja fil-passaġġi, fit-traffic islands u fiż-żoni miżrugħin sakemm ma jkunx hemm indikat mod ieħor. Żoni oħra ristretti jinkludu l-ispazji indikati bħala 'Żoni ta’ Rmonk’. Dawn ir-restrizzjonijiet huma infurzati 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. Il-vetturi għandhom jiġu pparkjati fi ispazju indikat għall-parkeġġ, u dejjem skont ir-restrizzjonijiet.
Ħadd m’għandu jipparkja l-vettura fis-siti b’mod li jinterferixxi mal-użu tat-tagħmir tagħna, f’żoni miżbugħin sofor u fuq rawndebawts żgħar, jew żoni oħra ta’ emerġenza; b'mod li joħloq periklu jew joħloq ostakli għall-użu tal-passaġġi jew żoni pedonali. Parkeġġ fuq linji doppji huwa projbit u infurzat b'mod strett.
RESTRIZZJONIJIET TAS-SITI
- Karozza għandha tkun tista’ toqgħod ġo spazju ta’ parkeġġ wieħed anki jekk jinxtraw aktar minn biljett wieħed.
- Fis-siti tagħna mhumiex permessi dgħajjes, trejlers, vetturi kummerċjali kbar u karavans.
- Aħna nżommu d-dritt li nirrifjutaw vetturi mhux adattati, perikolużi jew kbar ħafna.
- Ħadd m'għandu permess iqatta' l-lejl fil-vetturi.
- Attivitajiet kummerċjali u kwalunkwe attività li tikser il-Liġijiet ta’ Malta huma strettament projbiti fis-siti tagħna.
MUTURI
Hemm spazji ta’ parkeġġ dedikati għal muturi, mopeds u skuters. It-tariffi tal-parkeġġ huma bħal dawk ta’ karozza waħda.
PARKING CHARGES
Persuni lijipparkjaw il-vettura tagħhom fis-Siti tal-Park & Ride għandhom ikunu ċċarġjati dawn it-Tariffi massimi ta’ Parkeġġ:
| Servizzi ta' Parkeġġ (inkluż 18% VAT) |
| Kategorija |
Press |
| L-Ewwel 15-il minuta |
FREE |
| 24 Hour Parkeġġ (Parkeġġ f'żona tal-P&R waħda biss) |
€1.50 |
| Sebat (7) ijiem, il-ħin kollu |
€7.50 |
SAĦĦA U SIGURTÀ
- Persuni li jkunu mexjin fis-siti għandhom joqogħdu attenti u jkunu konxji minn vetturi mexjin kull ħin, u jużaw il-bankini kull meta u fejn possibbli.
- Il-Persinu bil-mixi dejjem għandhom prijorità fuq il-vetturi
- Id-dwal tal-vetturi għandhom jintużaw meta jkun hemm bżonn.
- Ma jistax isir tferriegħ ta’ petrol fis-siti tagħna.
- Karozzi bil-ħsara għandhom jitneħħew mis-siti. Ma jistgħux isir tiswijiet kbar jew services fis-siti tagħna.
- Ma jistgħux jintużaw skate boards, roti jew isiru logħob tal-ballun fis-siti tagħna.
- Persuni li qed jitgħallmu jsuqu m’għandhomx permess jidħlu fis-siti tagħna.
- Il-limitu massimu ta’ veloċità fis-siti tagħna huwa ta’ 10 kilometri s-siegħa.
INFRASTRUTTURA
Arriva hija responsabbli mill-magni tal-biljetti u tal-ħlas, mill-kameras tas-CCTV, mir-rati tal-parkeġġ, mill-kontrol u mill-infurzar tal-ligi tal-parkeġġ.
AFFARIJIET TA’ VALUR
Il-klijenti huma dejjem responsabbli għall-oġġetti ta’ valur li jħallu fil-vetturi tagħhom. Arriva mhix f’pożizzjoni li taċċetta responsabbiltà għal telf jew serq ta’ oġġetti mis-siti tagħha.
MIŻURI TAS-SIGURTÀ
Arriva se tagħmel kull ma tista’ biex tiżgura s-sigurtà tal-klijenti tagħha u tal-vetturi.
Is-siti kollha huma mixgħulin bi flood lights u għandhom sistemi ta’ CCTV. Is-sit tal-Furjana biss għandu ħaddiema fuq il-post 24 siegħa kuljum. Siti oħrajn ikollhom ħaddiema fuq il-post bejn il-0530pm u l-11.00pm.
SERVIZZI TAL-LINJA
Jekk jgħoġbok irreferi għal-Kundizzjoni tal-Ġarr u l-Informazzjoni dwar il-Biljetti.
AVVENIMENTI SPEĊJALI - PEMBROKE
Arriva żżomm id-dritt li tgħalaq il-Park and Ride ta’ Pembroka biex jintuża għal avvenimenti speċjali. Meta dan iseħħ Arriva tavża lill-klijenti 18-il ġurnata qabel u timxi mar-regoli tal-Awtoritajiet kompetenti.
TLIELAQ TAŻ-ŻWIEMEL - MARSA
Fil-Marsa se jingħata parkeġġ b’xejn (skont minn jiġi l-ewwel) meta jkun hemm kompetizzjonijiet ta’ tlielaq ta’ żwiemel fil-korsa tal-Marsa. Dan sa massimu ta’ 15-il siegħa kuljum. F’dawn l-okkażjonijiet parti mill-Park & Ride tkun allokata għal karrijiet taż-żwiemel (a baħi ta’ min jiġi l-ewwel). Ma jistgħu taħt ebda ċirkostanza jiddaħlu żwiemel fis-sit tal-Park & Ride. Il-perijodu ta’ parkeġġ bla ħlas jibda minn siegħa qabel l-avveniment u jispiċċa siegħa wara. Karozzi li jitħallew fil-Park & Ride wara dan il-perijodu jew wara l-1100pm, jinġarru minn tat-towing.
SPAZJI RISERVATI FIL-FURJANA
Arriva se tirriserva 15-il parkeġġ għal vetturi M2 u M3 li huma reġistrati bħala vetturi għat-trasport ta’ passiġġieri skont ir-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Trasport ta’ Passiġġieri (L.N. 149 of 2009). Dawn il-vetturi se jitħallew jipparkjaw mingħajr ħlas fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, fl-ispazji riservati għalihom fil-Furjana. Vetturi mhux awtorizzati li jkunu pparkjati f’dawn l-ispazju jiġu ttowjati.
LEGAL DISCLAIMER
Il-vetturi kollha jiġu ipparkjati fis-siti tal-Park and Ride, a riskju tas-sidien nfushom. Arriva ma tistax u mhijiex se tinżamm responsabbli minn kull tip ta’ telf jew ħsara fuq il-vetturi jew proprjeta li titħalla fl-istess vetturi, sakemm dan it-telf jew ħsara ma jkunx direttament b’riżultat ta’ negliġenza min-naħa ta’ Arriva.
Arriva żżomm id-dritt li tneħħi mis-sit vetturi jew inkella li ċċaqlaqhom lejn siti oħrajn jekk ikunu qed jiksru r-regoli u regolamenti tal-Park & Ride.
Din l-informazzjoni hija suġġetta għal tibdil, b’Arriva tavża lill-klijenti minn sebat ijiem qabel permezz ta’ nota fuq il-websjat tal-kumpanija (www.arriva.com.mt). Dawn ir-regoli japplikaw għal kull min juża l-Park and Ride kemm klijenti u kemm impjegati.
Ikkuntattjana
Jekk jgħoġbok għamel kuntant magħna billi ċċempel liċ-Ċentru għall-Kura tal-Konsumatur fuq 21 22 2000 jew inkella mill-websjat (www.arriva.com.mt).