Park and Ride

Park and Ride

Arriva Malta ingħatat ukoll l-inkarigu li topera it-tliet siti ta’ Park and Ride li għandna bħalissa f’Malta, li jinsabu l-Furjana, l-Marsa u Pembroke. Dawn kollha għandhom sensiela ta’ rotot li jgħaddu minn hemm biex b’hekk ikun ferm faċli għall-klijenti ta’ Arriva li jipparkjaw f;’dawn is-siti u minn hemm jaslu fejn iridu mingħajr inkwiet u tħabbil il-moħħ. Anzi jkunu jistgħu jgawdu l-vjaġġ!
Il-parkeġġ fis-siti tal-Park and Ride operati mill-Arriva jiswa biss €1.50 għal 24 siegħa, jiġifieri huwa wkoll mill-aktar konvenjenti.
Dawn ir-rotot kollha jservu s-siti tal-Park and Ride:
Furjana: 122, 123, 132

Marsa: X1, X2, X3, X4, X5, 61, 62, 63, 110, 117, 1, 2, 118, 120, 135, 206, 209, 210, 213

Pembroke: 12, 13, 33, 34, 205, 222, X1

Il-klijenti li jagħmlu użu tal-faċilitajiet tal-Park and Ride operati mill-Arriva iridu dejjem jimxu skont ir-regoli u regolamenti ta’ dawn is-siti, li kopja tagħhom tista’ tinkiseb minn hawn.

 

  • Submit your message