01 December 2012 - Il-Kampjonat Arriva tal-Lotta f’Malta

Il-Federazzjoni Maltija Lotta flimkien ma’ Arriva Malta nedew l-Arriva Malta International Freestyle Wrestling Tournament, avveniment li wara nuqqas ta’ seba’ snin se jġib lura f’Malta l-eċitament u l-opportunitajiet marbutin ma’ turnament internazzjonali tal-lotta.

01 December 2012 - Kampanja tal-Arriva għas-Sigurtà fit-Toroq

Arriva nediet dalgħodu l-kampanja tagħha għas-Sigurtà fit-Toroq waqt ix-xahar ta’ Diċembru. Din il-kampanja, li nħolqot bil-kontribut tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, tnediet waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fis-sit tal-Park & Ride f’Pembroke, u kienet indirizzata mid-Direttur Maniġerjali ta’ Arriva Keith Bastow bil-parteċipazzjoni tas-Supretendent Anzjan tal-Pulizija Martin Bayliss mit-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan is-Sezzjoni tal-Administrative Law Enforcement (ALE) tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

13 September 2012 - Uża l-karozza tal-linja waqt Car Free Day

Il-Car-free day għal din is-sena se tittella’ nhar il-Ħadd 16 ta’ Settembru, u hija l-okkażjoni perfetta biex taqbad tal-linja u tasal wasla sa wieħed mill-avvenimenti li qed iseħħu madwar Malta

12 September 2012 - Gawdi Rockestra 2012 mal-Arriva

Arriva se tkun qiegħda toffri servizz ta’ shuttles lejn u mill-kunċert Rockestra ta’ din is-sena, li se jkun qiegħed jittella’ fl-MFCC Ta’ Qali nhar is-Sibt, 15 ta’ Settembru.

11 September 2012 - Shuttle mill-Park and Ride ta’ Pembroke lejn id-Drift All Stars

Jekk biħsiebek iżżur l-avvenimenti motoristiku Drift All Stars dan il-weekend, tista’ tiżgura li teħles mill-uġiegħ ta’ ras tla-parkeġġ fl-inħawi billi tasal sal-Park and Ride ta’ Pembroke u tieħu vantaġġ mill-shuttles li Arriva se jkollha bejn il-Park and Ride u l-avveniment.

13 August 2012 - Servizzi żejda f'Għawdex għal Santa Marija

Arriva se tkun qed toffri servizzi żejda għal dawk kollha li qegħdin Għawdex u jridu jgawdu l-festa ta' Sant amarija fis-sigurtà. Dawn is-servizzi żejda se joperaw fl-14, 15 u 16 ta' Awwissu, u jistgħu jintużaw bil-biljett normali ta' tal-linja, jiġifieri m'għandekx għaliex tħallas aktar! Se jkun hemm ukoll karozzi tal-linja aktar frekwenti fuq ir-rotot li jieħdu ċ-Ċirkewwa.

06 August 2012 - Il-Festival tal-Mużika f'Ħal Ghaxaq

Arriva se tkun qed toffri servizz speċjali għall-Festival tal-Mużika f'Ħal Għaxaq.

01 April 2012 - Good Friday Walk in Aid of Puttinu Cares

Arriva għenet l-organizzturi tal-Mixja ta’ Penitenza Annwali, li ssir biex jinġabru fondi għall-organizzazzjoni Puttinu Cares. L-għajnun a ta’ Arriva kienet tikkonsisti fil-provvista t’a trasport qabel u wara l-mixja. Il-mixja kellha grupp konsiderevoli ta’ parteċipanti li mxew mill-Mellieħa sa l-Isla fi sbieħ il-Ġima l-Kbira.

01 April 2012 - Organizzazzjonijiet li Arriva għenet jew ikkolaborat magħhom

Caritas Malta kienet tnediet nhar il-11 ta’ Novembru 1968 meta l-Kunsill Nazzjonali ta’ Caritas kien inħatar bil-għan jikkoordina u joħloq attivitajiet ta’ assistenza soċjali u karità. L-ewwel direttur tal-Caritas kien Rev. Fortunato Mizzi (MAS).

01 March 2012 - Ġurnata f’Depow tal-Arriva għal Miguel

Miguel McCarthy jixtieq isir xufier mal-Arriva u kien talab li jżur l-uffiċċju tal-kumpanija fil-Milied. Din ix-xewqa kienet seħħet nhar is-27 meta Miguel flimkien man-nannu żar l-uffiċċju ewlieni ta’ Arriva Malta u qatta ftit siegħat mal-impjegati hemmhekk.

01 March 2012 - Programm tal-Arriva għal Konservazzjoni tal-Wirt Storiku

Arriva ikkolaborat mal-grupp ta’ konservaturi Din l-Art Ħelwa (DLĦ) fuq proġett iffokat fuq il-konservazzjoni tal-kappella medjevali ta’ Ħal Millieri, limiti taż-Żurrieq u l-Imqabba.

01 March 2012 - Arriva taħdem ma’ Tumas Group għal Jum is-CSR

Arriva tat l-appoġġ tagħha lis-sieħeb Malti Tumas Group waqt attivita organizzata għall-11-il Jum is-CSR, liema avvaniment isir kull sena nhar id-19 ta’ Marzu biex jimmarka l-Kunxjenza Soċjali tal-Kumpaniji. Din is-sena impjegati minn Tumas Group wettqu xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-Ward tal-Irġiel 3A fl-Isptar Monte Carmeli, liema ward hija riservata għal irġiel li jbagħtu minn problemi psikratiċi, psikoloġiċi u emozzjonali.

  • Submit your message