L-informazzjoni fuq il-websajt ta' Arriva Malta hija konforma mal-linji gwida maħsuba biex jiffaċilitaw in-navigazzjoni.
L-informazzjoni li ġejja tgħinek tifhem liema standards applikajna fuq is-sit u kif tittratta ċerti tipi ta' fajls.
In-Navigazzjoni
Kull paġna fuq dan is-sit għandha sezzjoni tan-navigazzjoni fil-parti ta' fuq tal-iskrin. Ma jintużawx frejms billi f'ħafna każi jistgħu jkunu aktar ta' xkiel milli ta' għajnuna. Il-links jinkludu kaxxa ta' deskrizzjoni li tinforma lill-utent fejn sejra l-link. Din tidher meta tqiegħed il-werrej fuq il-linja tat-test.
L-ispeċifikazzjoni tas-sit
Il-websajt ta' Arriva Malta ġiet iddisinjata sabiex tkun adatta għall-utenti kollha.
Il-kompatibilità tal-brawżer
Il-websajt ta' Arriva Malta ġiet ittestjata interament fuq numru ta' brawżers fuq il-maġġoranza tas-sistemi operattivi tal-kompjuters eżistenti. Il-websajt ta' Arriva Malta tuża Cascading Style Sheets (CSS) biex tifformattja l-informazzjoni testwali fuq kull paġna. Brawżers minn verżjoni 4 'l fuq biss jifhmu għal kollox l-ifformattjar tas-CSS.
L-ipprintjar tal-paġni
Kull paġna tista' tiġi pprintjata mill-web billi l-utent jagħżel Fajl, Ipprintja mill-għażla tal-menù f'Microsoft Internet Explorer jew Netscape. Alternattivament l-utent jista' jikklikkja fuq l-ikona "Verżjoni għall-ipprintjar" li awtomatikament tiftaħ verżjoni tat-test fuq il-paġna u t-toolbar tal-printer.
Għamel bookmark tal-paġni
Biex jagħmel bookmark ta' xi paġna partikolari l-utent jagħżel Favoriti, Żid mal-Favoriti mill-għażla tal-menù f'Microsoft Internet Explorer (IE) jew Bookmarks, Żid Bookmarks f'Firefox.
It-Tiftix
Biex jagħmel tiftixa l-utent jeħtieġ idaħħal kelma jew ġabra ta' kliem fil-kaxxa tat-test tat-tiftix. Meta jagħfas it-tast lura jew jikklikkja fuq il-buttuna mur dan jippreżenta lill-utent b'lista ta' dokumenti li tikkorrispondi mad-dettalji tat-tiftixa. Dawn ir-riżultati jiġu kklassifikati u l-ewwel jiġu elenkati l-aktar taqbiliet kompleti, imbagħad jonqsu fir-rilevanza hekk kif l-utent jinżel aktar 'l isfel fil-lista.
Sottomissjoni tal-feedback
Il-websajt ta' Arriva Malta tipprovdi indirizz elettroniku enquiries@arriva.com.mt biex tagħti lill-utenti l-opportunità li jsemmgħu l-kummenti tagħhom fuq il-websajt innifisha jew dwar kwalunkwe servizzi pprovduti minn Arriva Malta.
L-issejvjar tal-paġni
Kull paġna li tidher fuq il-brawżer tiegħek tista' tiġi ssejvjata fuq id-drajv lokali tiegħek. Agħżel Fajl, Issejvja bħala mill-għażla tal-menù f'Microsoft IE u Netscape.
Formati tal-Fajls
Xi fajls fuq is-sit huma PDF (dokument f'format portabbli) aktar minn f'format HTML jew ASP. Biex jaqra fajls PDF l-utent jeħtieġ Adobe Acrobat Reader. Dan huwa installat bħala standard fuq il-maġġoranza tal-magni u jinfetaħ awtomatikament meta l-utent jikklikkja fuq link għal dokument PDF. Iżda, l-paġni fuq dan is-sit b'links għal dokumenti PDF fihom ukoll link li minnha s-softwer jista' jitniżżel mingħajr ħlas.