Il-paġni fuq il-websajt ta' www.arriva.com.mt ("il-websajt") huma ppubblikati biss bl-għan li jipprovdu informazzjoni dwar u f'isem Arriva Malta Limited, kumpanija rreġistrata f'Malta taħt in-numru ta' reġistrazzjoni C 48875 ("Arriva"). Jekk jogħġbok aqra l-kundizzjonijiet tal-użu b'attenzjoni minħabba li meta tuża l-websajt aħna nifhmu li inti aċċettajt li tkun marbut minnhom. Arriva tirriżerva d-dritt li tvarja l-kundizzjonijiet tal-użu u tippostja kwalunkwe varjazzjonijiet hawnhekk. Nagħtuk parir li tirrevedi l-kundizzjonijiet tal-użu fuq bażi regolari billi jkun meqjus li inti aċċettajt varjazzjonijiet jekk tkompli tuża l-websajt wara li jkunu ppostjati.
L-informazzjoni pubblikata fuq il-websajt hija miġbura minn Arriva minn sorsi intern u esterni. Arriva toqgħod attenta u tieħu kull prekawzjoni biex tiżgura li l-informazzjoni ppubblikata fuq il-websajt hija preċiża meta tiġi ppostjata u aġġornata b'mod regolari, iżda ma niggarantux l-eżattezza tagħha u nistgħu nbidlu l-informazzjoni fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż.
Arriva tippubblika l-websajt "kif inhi" mingħajr ebda garanzija, espressa jew implikata, dwar l-operat tas-sit tagħna, l-eżattezza tal-informazzjoni jew tal-prodotti jew tas-servizzi li ssir referenza għalihom fuq il-websajt (sakemm il-garanziji jistgħu jkunu esklużi taħt kwalunkwe liġi relevanti) u aħna ma nkunux responsabbli għal kwalunkwe telf jew danni li jistgħu jirriżultaw mill-użu tal-websajt bħala konsegwenza ta' xi ineżattezzi fi, jew nuqqasijiet minn, l-informazzjoni li jista' jkun fiha.
Kull referenza għal kwalunkwe prodott jew servizz li jista' jingħata minn Arriva jew minn xi kumpanija oħra ma jwassalx għal wegħda li tali prodott jew servizz ikun disponibbli fi kwalunkwe ħin. Tibdiliet għal jew titjib f'tali prodotti jew servizzi jistgħu jsiru fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż.
Arriva għandha d-drittijiet tal-awtur għad-disinn tal-websajt u tal-kontenut ippubblikat fuq il-websajt barra minn meta jkun indikat mod ieħor minn avviż tal-propjetà ta' parti terza. Immaġnijiet, marki kummerċjali u ditti huma wkoll protetti minn liġijiet oħra tal-propjetà intellettwali u ma jistgħux jiġu riprodotti jew approprjati f'ebda mod mingħajr permess bil-miktub tal-propjetarji rispettivi tagħhom. Sakemm mhux ipprojbit minn notifika ppubblikata fuq kwalunkwe paġna, tista' tipprintja kopja ta' tali partijiet tal-websajt skont il-ħtieġa għall-użu personali tiegħek sakemm kull kopja jkollha mehmuża magħha kull notifika tal-propjetà relevanti u/jew ċaħdiet. Kull użu ieħor huwa pprojbit.
Il-kontenut u l-informazzjoni mogħtija minn partijiet terzi huma identifikati b'mod ċar fejn dawn jidhru. Arriva tippubblika dan il-kontenut kif fornut lilna u aħna m'aħniex responsabbli għall-eżattezza jew l-iskadenzi tiegħu. Għandek tieħu l-passi meħtieġa biex tivverifika din l-informazzjoni qabel ma taġixxi fuqha.
Arriva mhijiex responsabbli għall-kontenut ta' kwalunkwe websajt oħra li minnha aċċessajt il-websajt jew li għaliha għandek iperlink mill-websajt u ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe telf jew danni li ssofri b'riżultat ta' dan.
Dawn il-kundizzjonijiet tal-użu huma rregolati mil-liġijiet ta' Malta u inti taqbel li l-qrati ta' Malta jkollhom il-ġurisdizzjoni esklussiva fi kwalunkwe tilwim.
Sa fejn xi parti minn dawn il-kundizzjonijiet tal-użu jinstabu li jkunu invalidi, mhux skont il-liġi jew ma jistgħux jiġu infurzati minn xi qorti ta' ġurisdizzjoni kompetenti tali parti għandha tinqata' mit-termini li lkoll jibqgħu għal kollox fis-seħħ u effettivi hekk kif permess mil-liġi.