Il-biljetti kollha tal-Arriva (minbarra l-biljetti ta' sagħtejn) jistgħu jinxtraw miċ-Ċentru għall-Kura tal-Konsumatur tagħna, billi ċċempel fuq (+356) 2122-2000 jew inkella tibagħat email lil enquiries@arriva.com.mt. Il-Biljetti mixtrijin jitbagħtu bil-posta jew inkella jkunu jistgħu jinġabru mill-biljetteriji tagħna: l-ajruport, il-Belt Valletta, Buġibba u Tas-Sliema. Fil-koumikazzjoni tiegħek indika kif tippreferi li tiġbor il-biljetti (trid tipprovdi indirizz fejn jistgħu jiġu mibgħuta jew tagħżel biljetterija minn fejn tiġborhom.

VAWĊER GĦAL BILJETTI ONLAJN

Il-vawċer għal biljetti onlajn jagħtik l-opportunità li tagħmel top-up fis-Saver Card tiegħek.

Kif taħdem?

1) Idħol fil-websajt tal-Arriva u għażel l-opżjoni ta' top-up li tippreferi

2) Wara li tkun għażilt it-top-up u daħħal id-dettalji kollha li hemm bżonn, se tingħata vawċer tal-pagament li trid tniżżlu fuq il-kompjuter tiegħek u tipprintjah.

3) Ladarba tkun stampajt il-vawċer, żur waħda mill-kjosks tal-biljetti ta' Arriva Malta biex issarfu. Il-kjosks tal-biljetti jinsabu:

> Fit-terminu tal-Bel Valletta
> Fil-Venda ta' Buġibba
> Fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta

Eżempju ta' vawċer għal biljetti onlajn:

Biex naħdmulek in-noll eżatt, jekk jogħġbok għidilna toqgħodx Malta jew le. Biex titqies inti resident Malti jrid ikollok Karta tal-Identità Maltija Uffiċjali jew Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni / Karta ta’ Residenza (għal ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom) jew Permess ta’ Residenza għal Perijodu Twil, kollha maħruġin mill-Gvern ta’ Malta.
hawn biex tillogja, jew hawn biex tirreġistra.

  • Submit your message