Serving the community

Naħdmu fil-Komunità

Arriva Malta hija kumpanija Maltija impenjata li toffri servizz tal-għola kwalità possibbli f’Malta u Għawdex. Il-klijenti tagħna u l-esperjenzi tagħhom huma ferm importanti u fuiċ-ċentru tas-servizzi li Arriva tagħti. Il-Klijenti kollha tagħna, huma fejn huma fil-Gżejjer Maltin huma importanti indaqs għalina u u Arriva tagħmel kull sforz possibbli biex tiżgura li s-servizzi li ġiet ikkuntratta u fdata li twassal jaslu għandu il-poplu Malti u dawk kollha li jżura pajjiżna.

Bħala Ċittadini Korporattiv fi ħdan is-soċjetà Maltija, Arriva hija determinata u impenjata li tgħin u tappoġġa lill-komunità permezz ta’ programm estensiv li jiffoka fuq ħidma fil-komunità f’oqsma speċifiċi fosthom l-Arti u l-Kultura, il-Litteriżmu u l-Lingwa, l-Wirt Storiku, l-Ambjent, Inizjattivi Soċjali, l-Edukazzjoni u l-Prattiċi Tan-Negozju Tajbin.

Wħud minn dawn huma oqsma fejn nistgħu nużawir-riżorsi tagħna (finanzjarji, umani u korporattivi) biex ngħinu meta jkun possibli sabiex jissolvew il-problemi, iktar milli sempliċi nagħmlu għotjiet ta’ flus. Aħna nemmnu fl-azzjonijiet diretti u kollaborazzjonijiet li jwasslu tassew għal soluzzjonijiet u bidla.

Arriva tħares lejn l-10 snin sħaħ tal-kuntratt li għandha bħala l-provditur ewlieni tat-trasport pubbliku f’pajjiżna, u tara li tkompli tikber kemm bħala negozju u kemm bħala entità fi ħdan is-soċjetà tagħna. Dan it-tkabbir iġiub miegħu ukoll ir-reponsabbiltà li nagħtu kontribut pożittiv lis-soċjetà fuq skala nazzjonali.

Il-Programm għall-Komunità li għandna jkompli jibni fuq il-kultura tagħna li tqiegħed valur kbir fuq l-individwu u l-komunità. Dan il-programm ifittex li jimmasimizza l-impatt pożittiv li aħna, bħala kumpanija, kapaċi jkollna. Dan nagħmluh billi:

  • Nidentifikaw u naġixxu fejn ikun hemm opportunitajiet ġodda biex nużaw it-teknoloġija u l-esperjenza tagħna biex ngħinu fi problemi soċjali.
  • Naraw li l-programmi tagħna jkunu maħsubin u maħdumin biex iħallu l-akbar impatt.
  • Nsaħħu lill-impjegati tagħna bħala individwi u wkoll lill-oħrajn sabiex flimkien inservu lill-komunitajiet tagħna.
  • Ngħaqqdu flimkien ir-reposbilitajiet tagħna bħala negiozju u bħala membru tas-soċjetà u nżommuhom preżenti f’kull ħaġa li nagħmlu.

L-impenn tagħna huwa mifrux mal-kumpanija tagħna kollha, u xprunat mill-għola livelli maniġerjali, li fl-aħħar mill-aħħar huma responsabbli għar-riżultati ekonomiċi, ambjentali u soċjali tagħna, kif ukoll li jaraw li nkunu dejjem fi ħdan il-parametri tal-liġi, regolamenti u l-kodiċi ta’ kondotta varji li nħaddnu aħna bħala kumpanija u bħala grupp.

Huwa għalhekk loġiku li r-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħna testendi wkoll għad-diviżjoni kollha fi ħdan il-kumpanija, għax nemmnu li l-ħidma soċjali korporattiva ma sseħħx biss f’forma ta’ servizz lill-komunità. Arriva Malta Ltd hija kumpanija ta’ ‘l fuq minn 1,100 persuna u x-xogħol li nagħmlu lkoll għandu mpatt mhux biss fuq is-suċċess tal-kumpanija, iżda wkoll fuq l-effiċenza u l-innovazzjoni ta’ pajjiżna, fuq il-komunitajiet tagħna, il-gvernijiet u tal-infrastruttura.

Għal dawn ir-raġunijiet huwa imperattiv għan-negozju ta’ Arriva li jħares lejn l-għola liveli ta’ responsabbiltà soċjali, mill-mod kif nappoġġaw u nsaħħu l-impjegati tagħna, għal kif naħdmu mal-klijenti tagħna u kif immexxu l-kumpanija tagħna.

  • Submit your message